Lokali

Il-PN lejn ħidma ma taqta’ xejn favur il-volontarjat

Nisa u rġiel, żgħażagħ, adulti u anzjani jagħtu sehemhom b’tant imħabba u dedikazzjoni fuq livell lokali; iżda l-isfidi li jaffaċjaw ta’ kuljum mhumiex żgħar. Kien għalhekk li Bernard Grech wiegħed lill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat li se jkompli jaħdem f’isem il-Partit Nazzjonalista biex kull sfida li jaffaċjaw tiġi indirizzata minnufih.

Waqt laqgha li saret fid-Dar Centrali tal-PN Bernard Grech ikkommetta ruħu li jibqa’ jagħti l-appoġġ kollu possibbli lill-għaqdiet volontarji kollha biex dawn ikomplu jwettqu l-ġid fil-ħajja ta’ ħafna nies.

Waqt il-laqgħa li saret mal-Kap tal-PN, Bernard Grech flimkien mal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione u d-Deputat Graziella Galea … il-Kunsill qal illi fit-tliet snin li ġejjin jittamaw li fost l-oħrajn l-għaqdiet ma jiġux intaxxati fuq id-donazzjonijiet li n-nies jagħtu lill-għaqdiet, filwaqt li r-rata tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tkun aktar baxxa minn dik ta’ negozji kummerċjali.

Il-President tal-Kunsill, Gertrude Buttigieg spjegatilna aħjar x’inhuma dawn l-isfidi li tant hemm bżonn li jiġu indirizzati minnufih.

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 15-il sena fejn illum il-ġurnata għandu mal-1,800 għaqda li taqa’ taħthom, b’dawn l-għaqdiet volontarji jwettqu ħidma ma taqta’ xejn lejn is-soċjetà Maltija f’bosta oqsma differenti.