Tħabbar ufficjalment il-kontinġent ta’ atleti ta’ Special Olympics Malta li ser jieħdu sehem fil-World Games Special Olympics f’Berlin.
Malta se tkun rappreżentata minn 22 atleta f’7 dixxiplini u 5 unified partners. Dan tħabbar waqt il-preżentazzjoni uffiċjali tal-kontingent Malti immexxi mid-direttriċi ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja u l-President Lydia Abela.
Il-World Games jibdew bic-Ċerimonja tal-Ftuħ fis-17 ta’ Ġunju u jibqgħu sejrin sal-25 ta’ Ġunju. F’Berlin se jkun hemm fl-azzjoni 7,000 atleta minn 170 pajjiż li se jikkompetu fi programm ta’ sport li jiġbor 24 dixxiplina fi tmien lokalitajiet f’Berlin u l-madwar, inkluż il-Park Olimpiku u l-Istadium Olimpiku.
Għal disat ijiem ta’ sport f’Berlin se jkun hemm ukoll xejn anqas minn 20,000 voluntier u 3,000 kowċ mal-kontinġenti.
Preżenti wkoll għal din iċ-Ċerimonja, il-Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat f’isem il-Partit Nazzjonalista, l-Onor. Graziella Galea.
