Lokali Qorti

Indjan akkużat li żamm u aggredixxa sesswalment masseur Ukrena

Raġel Indjan inżamm taħt arrest preventiv wara li allegatament żamm u aggredixxa sesswalment masseur fl-appartament tiegħu. L-Ispettur Ian Vella u l-avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ressquh il-Qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello lil Vartak Ashutosh Chandrakant ta’ 31 sena, li xogħolu hu żviluppatur fis-softwer.

Chadrakant ġie mixli li wettaq att sesswali mhux kunsenswali fuq mara Ukrena fl-appartament tiegħu fil-Pieta, u li żammha kontra r-rieda tagħha sabiex iġġiegħelha twettaq jew tkun suġġetta għal atti offensivi għall-pudur tagħha. L-Ispettur Vella qal lill-Qorti li nhar is-Sibt li għadda l-pulizija kienet irċeviet rapport mingħand ċittadina Ukrena li rrapportat li l-imputat qafilha fl-appartament tiegħu, wara li qabditilha sidirha u kuxtejha meta kienet marret tbiex agħmel il-massaġġi.

Iż-żjara tal-masseur ma marretx kif ippjanat, madankollu, hekk kif il-klijent tagħha allegatament insista li jwettaq att sesswali fuqha. Il-prosekuzzjoni sostniet li meta l-mara rrifjutat li tagħmel dan, l-imputat issuġġetaha għal atti intimi kontra r-rieda tagħha.

Ir-raġel ċeda imbagħad li jħalliha titlaq meta heddidtu li sejra ċċempel lill-pulizija. Metya ħarġet mill-appartament, il-vittma imbagħad ċemplet lill-pulizija, li waslu mill-ewwel fejn sabu l-bieb tal-appartament imsakkar. B’xorti tajba, f’dak il-mument walet il-ġara tal-imputat u fetħet il-bieb.

Il-pulizija sabu lil Chandrakant ġewwa l-appartament, mimdud fuq sodda tiegħu. L-akkużat wieġeb mhux ħati permezz tal-avukat tiegħu, li informa lill-qorti li f’dan l-istadju ma kinitx qed tintalab il-libertà proviżorja. Il-Qorti talbet lill-prosekuzzjoni biex issejjaħ liż-żewġ xhieda pajżana biex jixhdu fl-ewwel opportunità.