Lokali

Jirritorna l-Konkors Kanzunetta Indipendenza

Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza se jerġa’ jirritorna wara nuqqas ta’ sena.

Din is-sena se jkun qed jiġi mfakkar l-40 sena mill-bidu ta’ dan il-konkors.

Is-sottomissjonijiet jiftħu llum it-Tnejn 22 ta’ Mejju u jagħlqu l-Ġimgħa 14 ta’ Lulju. Ir-regolamenti flimkien mal-applikazzjoni huma aċċessibbli mis-sit netondemand.mt.

Is-serata finali se ssir il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.

Minn din is-sena dan il-konkors se jibda jkun organizzat minn NET Media.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt permezz tal-paġna ta’ facebook fuq https://www.facebook.com/kkindipendenza jew permezz ta’ email fuq konkors@netmedia.com.mt