The Travellers qed jippjanaw li joћorġu single ġdida bl-isem: Jum Ġdid, bil-vidjow mużikali joħroġ 29-05-23.
B’ritmu Sajfi u fuq tiegħu, Jum Ġdid hija diska oriġinali mill-aħħar album tagħhom Inżul u Tlajja’. It-tema ta’ din id-diska titratta il-famuż sindikajr Malti. Taf għal min qed jgħidu. Issibhom kullimkien għax fl-aħħar mill-aħħar, Malta qiegħdin.
Kullħadd għandu mill-inqas ġar wieħed fit-triq tiegħu li jaf fuq kollox u fuq kulħadd. Jistaħbew fid-dlam b’għajnejn ta’ seqer, u jridu jkunu jafu x’qiegħed jiġri l-ħin kollu. Huma jafu min int, fejn toqgħod, x’tagħmel, fi x’ħin torqod bil-lejl u ankè l-kulur tal-qalziet ta’ taħt li tilbes.
Saru esperti f’dan il-qasam daqs li kieku huwa arti u wisq probabbli jaħsbu li mingħajrhom tfalli l-kommunita’.
Għalhekk inagħqad magħhom u segwi x’inhu ġej fil-vidjow mużikali ta’ The Travellers, Jum Ġdid.
//= $special ?>