Lokali Parlament

Kacey Sciberras b’tislima fil-parlament

Il-parlament Malti sellem il-memorja tat-tfajla Kacey Sciberras li mietet f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard nhar il-Ħadd li għadda.

Kien id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco li fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari sellem il-memorja tat-tfajla u studenta Kacey Sciberras, li kienet studenta fl-ITS u qal li din it-traġedja hi riflessjoni tal-imwiet li qed iseħħu fil-pajjiż.

Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo wkoll sellem lil Kacey Sciberras u qal li anki t-tfajla l-oħra involta fl-inċident tat-traffiku hi membru tal-ITS. Hu qal li l-istudenti fl-ITS għamla attività fl-Istitut biex isellmu l-memorja ta’ Kacey. L-ITS qed toffri l-għajnuna kollha kemm lill-familja ta’ Kacey Sciberras kif ukoll lit-tfajla l-oħra involuta f’dan l-inċident.

Id-Deputat Sepaker David Agius ingħaqad mal-gvern u mal-Oppożizzjoni fit-tisilma lil Kacey Sciberras.