GSSE Malta 2023 Sport

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa: Il-KOM bi żjara fil-Junior College

Meta ninsabu ġimgħa bogħod mic-Ċerimonja tal-Ftuħ tad-19-il Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – MALTA2023, il-Kumitat Olimpiku Malti ssokta bl-attivitajiet b’rabta ma’ dawn il-Logħob.

Kien imiss żjara lill-istudenti tal-Junior College fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela l-Imsida. Bosta atleti li jattendu l-Junior College u se jipparteċipaw fil-Logħob kienu preżenti fejn indirizzati minn Paul Xuereb, Prinċipal tal-Junior College u Alfred Vella , Rettur tal-Università saret enfażi dwar ir-rwol tal-edukazzjoni fil-qafas tal-isport l-aktar meta l-istess atleti studenti jirrappreżentaw lil Malta.

Preżenti ċ-Chairman tal-Kumitat Organizattiv tal-Logħob, Mark Cutajar li enfasizza dwar l-importanza tal-Logħob u suċċessi fl-edizzjoni ta’ Malta .

Messaġġ smili wkoll il-Ministru responsabbli mill-isport Clifton Grima li ndirizzaw lil dawk preżenti fosthom il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u uffiċjali oħra .

Attenda wkoll l-eks Segretarju Ġenerali tal-KOM Bertie Muscat f’mument meta kien ippreżenta l-ktieb ‘Bertie Muscat – My Memoirs’.