Lokali

L-istudenti tal-ITS isellmu l-memorja ta’ Kacey Sciberras

It-Tnejn filgħodu, folla kbira ta’ studenti mill-Istitut tal-ITS ingħaqdu flimkien u poġġew bżieżaq bojod u fjuri kkuluriti sabiex ifakkru fil-memorja ta’ Kacey Sciberras; it-tfajla ta’ 17-il sena li tilfet ħajjitha kmieni l-Ħadd filgħodu, hekk kif kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-parti tas-Central Link li minn Ħ’Attard tieħdok lejn ir-Rabat.

Ma naqsux ukoll numru kbir ta’ kummenti mill-ħbieb ta’ Kacey fejn kollha ddeskirvew lil din it-tfajla bħala persuna b’qalb tad-deheb, li kienet taf tħobb u dejjem rat kif għamlet sabiex tgħin.