Futbol Sport

Penalità ta’ 10 punti għal Juventus

(Ritratt: EPA)

Ftit tal-ħin ilu, il-Qorti tal-futbol fl-Italja ħabbret id-deċizjoni li Juventus għandhom jitnaqsulhom 10 punti mill-Kampjonat tas-Serie A ta’ dan l-istaġun, b’rabta ma’ investigazzjoni li saret fuq il-klabb dwar trasferimenti ta’ plejers u rregolaritajiet b’rabta mal-qliegħ kapitali fl-aħħar snin.

Din hija storja li għadha qed tiżviluppa, bid-deċiżjoni saret magħrufa fil-media internazzjonali, ftit ħin biss qabel il-bidu tal-partita tal-lejla, li Juventus se jkunu qed jilgħabu f’Stadio Carlo Castellani kontra Empoli, mis-36 ġurnata tas-Serie A.

Wara l-partita ta’ Empoli, Juventus ikun fadlilhom jilgħabu żewġ partiti oħra għat-tmiem tal-Kampjonat. Sa qabel ma kienet magħrufa din id-deċiżjoni, Juventus kienu fit-tieni post tas-Serie A, b’69 punt, biex issa niżlu fis-seba’ post b’59 punt, 5 punti ‘l bogħod mir-raba’ post.