Newcastle United v Leicester City 0-0
F’St. James’ Park Newcastle United ġew miżmuma minn Leicester City f’parità ta’ mingħajr gowls.
L-ewwel taqsima kienet bla gowls għaż-żewġ timijiet bl-andament tal-partita ikun bilanċjat biż-żewġ timijiet ikollhom opportunitajiet denji sabiex issibu x-xibka.
Simili ta’ l-ewwel taqsima l-ebda tim ma sab ix-xibka, bl-aħjar azzjonijiet bla dubju jmorru għal Newcastle fejn laqtu l-lasta tlett darbiet, madankollu l-foxes irnexxielhom jiddefendu tajjeb l-attakki tal-Magpies.
B’dan ir-riżultat Leicester City għadhom fiċ-ċans li jevitaw ir-relegazzjoni hekk kif jinsabu fit-18-il post b’żewġ punti taħt Everton fis-17-il post. Leicester se jilgħabu kontra West Ham United li għelbu lil Leeds United fl-aħħar partita tagħhom bl-iskor ta’ 3-1. Everton fuq in-naħa l-oħra se jaffrontaw lil Bournemouth li tilfu l-aħħar konfront tagħhom kontra Manchester United bl-iskor ta’ 1-0.
Newcastle United issa jinsabu fit-tielet post b’70 punt, b’punt wieħed biss iktar minn Manchester United fir-raba’ post.
Riżultati:
Is-Sibt: Tottenham v Brentford 1-3, Wolves v Everton 1-1, Liverpool v Aston Villa 1-1, Fulham v Crystal Palace 2-2, Bournemouth v Manchester United. 0-1, Nottingham Forest v Arsenal 1-0
Il-Ħadd: West Ham United v Leeds United 3-1, Brighton v Southampton 3-1, Manchester City v Chelsea 1-0
It-Tnejn: Newcastle United v Leicester City 0-0