Lokali

“Festa Fjuri” – nhar is-Sibt li ġej fl-Iklin

Nhar is-Sibt li ġej mid-9 ta’ filgħodu sas-2 ta’ waranofsinhar se tittella’ edizzjoni oħra ta’ Festa Fjuri hekk kif fin il-festa issa saret sinonima mal-lokalita tal-Iklin.

Il-Kunsill Lokali kien welled l-idea mill-isem li ġġib il-lokalità stess tal-Iklin, li hija ħaxixa aromatika f’Malta li tinsab f’diversi nħawi – anke fl-Iklin.

F’konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mis-Sindku Dorian Sciberras intqal li matul din il-ġurnata se jkun hemm bost attivitajiet differenti li jinkludu taħdidiet pubbliċi dwar suġġetti varji relatati man-natura ….inkluż dwar siġar Maltin, siġar tal-frott fil-Ġnien, l-ekoloġija lokali, il-kunċetti wara l-produzzjoni tal-ikel imsejjaħ organiku, riċetti, u anke dwar ġonna pubbliċi.

Net News tkellem mas-Sindku ta’ din il-lokalità fejn spjegalna f’iktar dettall l-attivitajiet li se jkun organizzata f’din il-Festa Fjuri.

Fil-Festa Fjuri se jipparteċipaw ukoll għaqdiet tal-lokal fosthom l-Iklin Scout Group u Lija/Iklin Football Youth Academy li se jkunu qed itellgħu numru ta’ attivitajiet.

Se jkun hemm ukoll sezzjoni għall-kreattività bit-tema ‘Rokna għall-artisti’ fil-ġnien Ninu Cremona fejn numru sabiħ ta’ artisti fil-maġġor parti minn din il-lokalità se jkunu qed jesibixxu l-arti tagħhom u jpittru xi xenarji relatati man-natura.