Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella fl-Aġġornament tal-parlament biex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt tat-tfajla Kacey Sciberras li mietet f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard nhar il-Ħadd li għadda.
Ivan Castillo sellem il-memorja ta Kacey Sciberras u qal li l-post fejn l-inċident se jkun analizzat fil-kuntest tas-sigurtà u sostna li fl-istess post diġà saru żewġ inċidenti simili gravi. Għaliex l-awtoritajiet qed jibqgħu reattivi meta fil-post mietet tfajla? Issa se jsir l-awditjar tas-sigurtà!
Hu qal li l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard kien ilu jitkellem għaliex dan hu black-spot area iżda ma sar xejn. Għandha ssir inkjesta pubblika biex tkun stabbilità r-responsabbiltà ta’ min kellu jieħu l-azzjonijiet, appella d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan hu gvern reattiv li kontinwament jaġixxi biss fejn il-gvern ikun populist.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-każ ta’ MEP Laburista li qed isostni li l-art fil-Mellieħa fi Triq is-Sagħatar ta’ 5,300 metru kwadru li fuqha l-gvern aħreġ offra biex tinbena kien żball. Għandu jsir studju dwar kemm verament jiflaħ dan il-pajjiż.
Hu tkellem dwar l-Għadira u r-riġenerazzjoni tal-Għadira ma tistax issir mingħajr ir-ramel għax din mhix biss it-tarmak u l-konkos. Ivan Castillo kkritika l-mod kif saret it-triq u appella biex il-proġett ikun rikunsidrat.
//= $special ?>