Is-Segretarju Ġenerali tal-FIFA, Fatma Samoura, talbet lill-ażjendi ewlenin tax-xandir biex jirritornaw għan-negozjati b’offerti miżjuda biex jevitaw qtugħ tat-trasmissjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa ta’ din is-sena f’pajjiżi ewlenin fl-Ewropa.
Samoura qalet li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, imma ma tistax tara pajjiż bħal Franza, li organizza din l-istess Tazza tad-Dinja erba’ snin ilu, ma jxandarhiex. It-Tazza tad-Dinja tan-Nisa se ssir fl-Awstralja u New Zealand mill-20 ta’ Lulju sal-20 ta’ Awwissu u se tkun l-ewwel waħda li se tkun magħmula minn 32 tim.
Il-President tal-FIFA Gianni Infantino qajjem il-prospett ta’ blackout meta aktar kmieni dan ix-xahar ammetta li l-offerti minn ażjendi tax-xandir l-aktar dawk mir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja fejn l-offerta tagħhom ma laħqitx l-aspettattivi tal-FIFA.
Franza tinsab fil-ħames post fid-dinja u hija fost dawk li qed jittamaw li jisfidaw lill-Istati Uniti milli jżommu t-trofew. L-Ingilterra klassifikata fir-raba’, u ċ-champions Ewropej renjanti, huma favoriti oħra tat-tournament.
Il-FIFA u wisq aktar il-President Gianni Infantino kkummenta li b’riferenza għall-ugwaljanza jrid li l-kliem jinbidel f’azzjonijiet. Infantino qal li l-aktar azzjoni sempliċi hija li jivvalutaw it-Tazza tad-Dinja bi prezz ġust. Infantino akkuża lil aġenziji tax-xandir li offrew biss bejn miljun u għaxar miljun dollaru biex ixandru t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, meta mqabbla mal-mitt miljun sa mitejn miljun dollaru li jitħallsu għat-Tazza tad-Dinja tal-irġiel.
//= $special ?>