Lokali Parlament

Il-gvern għandu jelimina l-burokrazija fl-ippjanar

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit insista li l-gvern għandu jelimina l-burokrazija fl-ippjanar.

Meta kien jitkellem fl-Aġġornament tal-parlament Stanley Zammit qal li l-gvern ma jridx jieħu t-tagħlimiet u semma’ l-każi tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-qorti fejn il-maġġoranza l-kbira l-qorti ddeċiediet li kien hemm interpetazzjoni ħażina tal-policies.

L-għerq tal-problema mhix ġejja mill-impjegati iżda minn każi fejn l-impjegat għandu l-possibbiltà li japplika iktar minn policy waħda għall-istess każ bil-possibbiltà li ma tingħażilx il-policy adatta.

Problema oħra li hemm każi fejn il-policy tant hi vaga li tista’ tkun interpretata b’iktar minn mod wieħed. Dan qed iwassal biex ħafna nies batew anki finanzjarjament. Hemm numru ta’ għaqdiet ambjentali biex ikunu jistgħu ajgħmlu dawn it-tip ta’ kawżi f’isem il-komunitajiet Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista qal li wara li jinqatgħu l-kawża jkun hemm inċertezza dwar x’se jiġri. Waħda mill-partijiet żgur li tibqa’ tbati u hemm każi fejn waqt il-proċess jibqa’ għaddej u jitlesta.

Fuq dan, il-Prim Ministru qal li se jkun hemm riforma waqt li l-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li se tkun biss reviżjoni. X’se jsir minn żvilupp illegali li diġà sar? Hu semma’ l-iżvilupp illegalità l-Ministru Ian Borg fejn il-ministru ma rriżenjax iżda hu u oħrajn bħalu għadhom igawdu l-frott ta’ għemil abbużiv.

Stanley Zammi semma’ l-issue tas-sigurtà fit-toroq u qal li jeħtieġ li d-disinn ikun inkluż fit-toroq, fil-proċeduri u fis-sistemi.

Hu kompla li l-gvern qed jirrifjuta l-inkjesta pubblika fil-każ ta’ Jean Paul Sofia għaliex din kienet toħroġ in-nuqqasijiet fil-policies u l-proċeduri. Il-gvern ressaq emendi perikolużi għall-kodiċi kriminali flok assuma r-responsabbiltà tiegħu. Hi responsabbiltà tal-gvern li jelimina l-burokazija li twassal għall-ħin ta’ ħin u spejjeż żejda.