Lokali Parlament

Il-gvern ma ntervejniex biex jipproteġi l-industrija tal-igaming

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal li l-gvern Malti ma ntervejniex fil-ħin biex jipproteġi l-industrija tal-igaming quddiem kawżi li infetħu f’pajjiżi barranin kontra kumpaniji li joperaw f’Malta.

Fil-parlament, Joe Giglio qal li l-fatt li bil-liċenzja f’Malta, l-operaturi setgħu joperaw anki f’pajjiżi barranin kienet waħda attraenti ħafna. Fl-aħħar snin qed jirriżulta li fl-Awstrija u l-Ġermanija kien hemm nies li jidħlu jilgħabu fuq portals ta’ kumpanji Maltin iżda wara li jitilfu, jġibu azzjoni biex isostnu li dik il-portal reġistrata f’Malta ma setgħetx issir għaliex, skont huma. Il-kumpanija reġistrata f’Malta ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-liġi Awstrijaka jew Ġermaniża.

Għalhekk hemm akwżi f’dwn il-pajjiżi fejn il-qrati ta’ dwn il-pajjiż taw raġun lil dawn il-persuni minkejja li l-liċenzja tal-kumpanija ttiha l-fakulta li topera f’pajjiżi barranin. Dawn il-persuni ġew f’Malta biex jiftħu kawżi kontra l-kumpaniji li joperaw f’Malta biex jieħdu l-flus li huma tilfu.

Hu qal li din qed tipperikola l-industrija tal-gaming u għalhekk għandha titwaqqaf. Kien hemm bżonn li l-pajjiż jasal f’din l-estremità biex issir din il-liġi? Dan meta l-operaturi tal-gaming kienu jafu għal snin twal li kienu qed jinfetħu dawn il-kawżi. Il-gvern Malti ma seta’ jagħmel xejn?

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kumpaniji tal-gaming ilhom snin jitolbu li jingħataw appoġġ iżda b’letarġija totali, il-gvern Malti ġab lil din l-industrija f’sitwazzjoni li qed tkun mhedda. Il-gvern seta’ ħa l-passi legali kollha, ani fil-pajjiżi fejn qed isiru l-kawżi, iżda minn dan ma sar xejn.

Problemi oħra huma fil-ġurisdizzjonijiet li r-refund tat-taxxa tas-6/7 li mhux qed jaċċettawha u qed jintaxxaw it-taxxa xorta. Il-gvern mhux jgħin quddiem dawn is-sitwazzjonijiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li se tinqala’ problema wkoll għaliex issa Malta mhux se tirrikonoxxi s-sentenzi li qed jingħataw f’pajjiżi Ewropew. Il-gvern kien jaf b’dan iżda m’għamel xejn, sostna Joe Giglio.