Ivan J.Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li l-pajjiż qed iħallas €554,000 kuljum f’interssi fuq id-€9 biljuni dejn.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta ilha topera 20 sena f’din l-industrija b’suċċess u kienet ta’ eżempju għal diversi pajjiżi barranin. Hu spjega li din l-industrija timpjega 10,000 persuna, tirrappreżenta 12% tal-GDP tal-pajjiż u għalhekk għandha tkun protetta.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-pajjiż hawn bżonn enfasi fuq il-mudell ekonomiku Mati għaliex is-suċċess ta’ ċertu setturi ġab lil Malta fil-mira ta’ pajjiżi barranin. Jeħtieġ li s-suċċess tal-igaming ikun imwessa’ fuq industriji oħra.
Il-liċenjza tal-MGA hi waħda li fiha mn iġib liċenzja f’Malta jkollu l-faċilità li jopera barra mnn Malta.
Ivan J.Bartolo qal li l-parlament qed jipproteġi industrija li tfisser ħafna u kompla li l-pajjiż qed ikun attakkat bl-integrità tiegħu flimkien mar-reputazzjoni tal-pajjiż. Hu evidenti li ċertu affarijiet u aħbarijiet li ħarġu mill-pajjiż qed idgħajfu lil Malta aktar aktar meta isiru ċertu argumenti. Malta għandha problema ta’ integrità, reputazzjoni u saltna tad-dritt, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li Malta tinsab fil-mira minħabba s-suċċessi li wettqet u għax għamlet l-iżbalji.
Ivan J.Bartolo qal li l-gvern jaf x’inhuma l-iżbalji fir-reputazzjoni tal-pajjiż u s-saltna tad-dritt. L-attakk fuq Malta mhux se jonqos, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li Malta għandha terġa’ titpoġġa fit-triq it-tajba fl-integrità, s-saltna tad-dritt u l-governanza.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din l-industrija tiġġenera €1.4 biljun, tħaddem 300 kumpanija u timpjega 10,000 impjieg. Hu kompla li jekk l-attakk jibqa’ jattakka, fl-aħħar it-tajn se jeħel kollu. Jeħtieġ li qabel jinbidlu l-liġijiet, tinbidel l-attitudni.
Ivan J.Bartolo kompla li Malta għandha tidħol f’diskussjonijiet dwar l-intelliġenza artifiċjali biex fl-AI, l-affarijiet isiru kif suppost. Jeħtieġ li l-pajjiż ikun proattiv fil-mudell ekonomiku Malti, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li hemm diversi setturi speċjalizzati li jistgħu jikbru fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qal li bħalissa Malta qed tħares biss ‘il ġewwa u mhix tikkunsidra dak li jsir barra minn Malta. Dan flimkien ma’ identifikazzjoni ta’ industriji ġodda.
Ivan J.Bartolo qal li l-PN ippropona diversi proposti għandu għandu viżjoni għall-ekonomija biex il-pajjiż joħloq xogħol ġdid u jkbarra il-GDP. Id-deputat Nazzjonalista qal li b’€21,000 fis-sena ż-żgħażagħ Maltin ma jistgħux jixtru l-propjetà.
Fi tmien snin il-pajjiż jista’ jikkrea madwar 35,000 impjieg ta’ kwalità, sostna Ivan J.Bartolo, li qal li l-pajjiż bħalissa għandu €9.2 biljun f’dejn b’rata ta’ interessi effettiva ta’ 2.2%. Dan ifisser li l-pajjiż qed iħallas €554,000 interessi kuljum. Jekk sal-2024, id-dejn jitla’ għal €10 biljuni, il-pajjiż ikun qed iħallas €602,000 kuljum f’interessi.
//= $special ?>