Aktar tard illum waranofsinhar, in-negozjant Yorgen Fenech se jkun qed jittieħed mill-ħabs lejn il-bini tal-Parlament sabiex jidher quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li għadu għaddej bil-ħidma tiegħu sabiex jinvestiga l-kuntratt skandaluż tal-power station tal-gass – kuntratt li ġie kundannat mill-Awditur Ġenerali.
Yorgen Fenech ġie msejjaħ jixhed quddiem il-PAC wara li issejjaħ mill-membri tal-Oppożizzjoni Darren Carabott, David Agius u Graham Bencini.
L-Electrogas kien il-konsorzju li rebaħ il-kuntratt biex jibni il-power station il-ġdida f’ Delimara.
Il-PAC diġa’ sema’ numru ta’ xhieda, fosthom lill-eks Ministru Konrad Mizzi, lill-eks Chief of Staff Keith Schembri u lil Brian Tonna ta’ Nexia BT. Dan apparti uffiċjali tal-Enemalta u imprendituri involuti f’dan il-konsorzju.
//= $special ?>