Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ ħadid fuqu f’garaxx il-Mosta

Raġel ta’ 47 sena residenti l-Mosta weġġa’ gravi wara li waqa’ xi ħadid fuqu f’garaxx li jinsab il-Mosta stess.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tan-12:30 f’garaxx fi Triq il-Parsott.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel ndarab kaġun tal-ħadid li waqa’ fuqu.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħaditu l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.