Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista appella fil-parlament biex jitwaqqaf servizz ġeoloġiku nazzjonali mhux biss minħabba l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali iżda wkoll fil-kuntest tas-saħħa tal-blat meta jkun qed isir il-bini li jsir fil-pajjiż.
Mark Anthony Sammut tkellem dwar il-protezzjoni tal-petrolium, li jinkludi żejt u gass naturali u qal li blata kontinentali hi waħda mir-riżorsi li għandu l-pajjiż. Din hi tliet darbiet daqs Sqallija iżda l-pajjiż għadu ma żviluppax il-potenzjal kollu tagħha.
Dwar l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu jiddikjara jekk irid iwettaq dawn il-proġetti.
Hu tajjeb li ssir diskussjoni dwar enerġija rinovabbli, sostna Mark Anthony Sammut, li qal li d-distribuzzjoni saret l-ikbar problema. Illum, madwar 70% tal-enerġija ġejja mill-gass naturali u għalhekk għall-20/25 sena li ġejjin il-pajjiż se jiddependi fuq l-enerġija rinovabbli. Jidher li ftit kien hemm interess li jkun hemm esplorazzjoni ta’ gass naturali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-2017, il-gvern wiegħed li joħloq aġenzija ffukata fuq l-esplorazzjoni taż-żejt, li fil-fatt twaqqfet iżda issa din l-aġenzija spiċċat. Ftit li xejn sar biex il-pajjiz ikun reklama f’dan il-pajjiż, anki minħabba ż-żoni kontestati li hemm.
Il-pajjiż qed jitlef opportunità li f’dan il-pajjiż ikun modernizzat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li min jinqabad ifittex fiż-żoni Maltin għandu jeħel pieni iktar qawwija minn dawk stabbiliti fil-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-att jista’ jitjieb fil-liċenzjar għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni billi tinħoloq awtorità li għandha tkun hi responsabbli u mhux il-ministru. Dan għandu jkun mudellat fuq dak li jsir f’pajjiżi barranin propju minħabba li jista’ jinħoloq lok ta’ abbuż propju minħabba li dan hu settur li fih ikun hemm involuti ammonti kbar ta’ flus.
Mark Anthony Sammut qal li s-servizz ġeoloġiku nazzjonali ma jeżistix meta dan hu s-servizz li jrid jagħti l-parir dwar kif u fejn tista’ sisr l-esplorazzjoni. Dan is-servizz ġeoloġiku hu importanti wkoll fil-bini biex tkun assigurata s-saħħa tal-blat meta jkunu qed jinbnew binjiet ġodda. Dan hu wkoll servizz importanti fil-kuntest tat-teremoti li qed iseħħu fl-aħħar xhur. F’Malta lanqas hawn warrant dwar il-ġeoloġija.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż għandu opportunità li jagħmel qabża ‘il quddiem iżda din qed tintilef.
//= $special ?>