Lokali Parlament

L-igaming għandu jkun protett għax joħloq xogħol ta’ kwalità

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario e Marco sostna fil-parlament li l-gvern u l-awtoritajiet Maltin għandhom jipproteġu l-industrija tal-igaming għaliex din toħloq xogħol ta’ kwalità.

Mario de Marco qal li l-gaming qed jagħti ħafna lill-pajjiż u sostna li l-kumpanija tal-gaming liċenzjati minn Malta qed joħolqu ħafna xogħol għal żgħażagħ Maltin kif ukoll għal barranin li jiġu jgħixu f’Malta. Hu qal li l-effett ta’ dan is-settur fuq l-ekonomija hu wieħed kbir u għalhekk għandu jkun protett bi skrutinju għar-riskju li l-gaming iġib.

Malta ma tistax tirriskja b’operaturi li ma jimxux mar-regoli u mad-due diligence. Fl-isktruniju tal-applikanti, l-Awtorità m’għandhiex tiġri wara l-kwantità iżda wara l-kwalità tal-operaturi. Għalhekk l-operaturi li jkunu se jagħmlu siem ħażin għal Malta għandhom jitwarrbu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm pajjiżi fl-UE, li jikkunsidraw il-kwistjoni tal-gaming bħala monopolju f’pajjiżhom. Hu qal li persuni li jilgħabu f’pajjiżi barrnin jilgħabdu online fuq siti ta’ kumpaniji liċenzjati u reġistrati f’Malta u jitilfu l-flus, qed jiftħu l-kawżi f’pajjiżhom kontra l-kumpaniji Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li qed ikun kawżi li fihom dawn il-persuni qed jingħataw raġun u jtuhom id-dritt li jingħataw rifużjoni mingħand il-kumpanija Maltija għax qed jgħiu li l-kumpaniji Maltin ma kellhomx dritt jipprovdu dawn is-servizzi. Qed isiru tentattivi biex dawn is-sentenzi jkunu infurzati f’Malta. Dan qed joħloq konflitt bejn is-sentenza barranija u s-sitwazzjoni f’Malta, sostna Mariod e Marco.