GSSE Malta 2023 Sport

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar: L-għajn tal-luzzu fid-disinn tal-midalji

Il-midalji tad-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa għandhom bħala element principali l-emblema ufficjali tal-Logħob.

Il-logo uffiċjali kien kreazzjoni ta’ The Concept Stadium fejn qed jintuża f’dak kollu marbut ma’ Malta2023.

Id-disinn jissimbolizza l-għajn li hija ikona kemm fil-gardjola li tispikka fuq is-swar tal-Belt u l-Kottonera u wisq aktar fil-luzzu, d-dgħajsa tradizzjonali Maltija.

Dan kollu, flimkien maċ-ċrieki u kuluri Olimpiċi.

Minn nhar it-Tlieta 30 ta’ Ġunju, meta jibdew l-ewwel kompetizzjonijiet, wieħed jibda jaġġorna l-lista fir-rebħ tal-istess midalji fl-għaxar dixxiplini fil-progamm tal-Logħob.