Fost l-40 parteċipant li se jirrappreżentaw lil Malta fid-diversi klassijiet tal-ibburdjar u wisq aktar fost il-kontinġent Malti ta’ 214 atleta għad-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa- MALTA2023 li jibdew fid-29 ta’ Mejju, hemm l-atleta fil-klassi Optimist Julia Borg.
Ta’ ħdax-il sena u nofs Julia Borg, li twieldet fid-19 ta’ Dicembru 201,1 hija bla dubju l-iżgħar atleta fil-kontinġent Malti. Hija se tirrappreżenta lil Malta fid-dixxiplina tal-ibburdjar, fil-kategorija Optimist.
Julia Borg bdiet it-taħriġ tagħha f’dan l-isport fis-sajf tal-2020 mal-Malta Young Sailors Club u tħarrġet taħt bosta coaches, u fil-preżent taħt il-ħarsien tal-kowċ Braziljan Thiago Brito.
Fl-aħħar snin ikkompetiet f’għadd ta’ regattas kemm f’Malta u kif ukoll fl-Italja u Sqallija u spiss ikklassifikat fl-ewwel postijiet tal-kategorija tagħha.
Dan wassalha biex issa tkun parti mis-selezzjoni Maltija fil-Logħob tal-Pajiżi ż-Żgħar kif ukoll fil-European Optimist Championships, li se jsiru f’Tessaloniki, il-Greċja, f’Lulju ta’ din is-sena.
//= $special ?>