Lokali Parlament

Malta l-aħħar f’investiment f’mediċini ġodda

Ian Vassallo Hagi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi qal li Malta tinsab l-aħħar f’investiment f’mediċini ġodda għaliex il-gvern mhux jinvesti.

Fl-Aġġornament tal-parlament Ian Vassallo Hagi qal li diversi mediċini huma out-of-stock jew huma limitati fosthom inhalers, mediċini għall-iscabies u kimoterapija. Dan hu inaċċettabbli, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan qed iwassal biex is-sitwazzjonijiet tal-pazjenti qed jiggravaw.

Il-gvern mhux qed jagħti informazzjoni korretta dwar diversi mediċini out-of-stock. Il-gvern irid jaħbi l-lista tal-mediċini out-of-stock, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li jirriżulta li bejn l-2018 u l-2022 kien hawn numru ta’ mediċini ġodda fis-suq.

Il-gvern Malti ma pprovax mediċini ġodda tant li Malta tinsab fl-aħħar post qabel it-Turkija u l-Albanija biss. Il-mediċini huma disponibbli iżda l-gvern mhux jinvesti flus fil-mediċini iżda ta €400 miljun lil Vitals/Stewards flok investihom fis-settur mediku. Jirriżulta li minn 168 mediina ġdida, il-gvern ġab biss erba’, sostna d-deputat Nazzjonalista.