Tal-anqas 14-il persuna ġarrbu l-ġrieħi wara li seħħ inċident bejn vettura u karozza tal-linja fin-Nadur Għawdex.
L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tat-3pm fi Triq ix-Xħajma n-Nadur Għawdex.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura u karozza tal-linja fejn bl-impatt tal-linja tilfet il-kontroll u baqgħet sejra fil-ġenb tat-triq. U għalhekk kien hemm impatt ieħor ma’ ċint ta għalqa tant li tal-linja spiċċat nofsha mdendla.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku jinsabu fil-post filwaqt li diversi ambulanzi ħadu lil dawk li weġġgħu l-isptar Ġenerali t’Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>