Għal Robert Abela, l-aħbar li ħarġet dwaru t-Tlieta hija biss spin. Iżda fl-istess nifs ammetta li din kienet deċiżjoni konġunta li ttieħdet flimkien ma’ uffiċjali fiċ-Ċivil. Dan kollu jfisser li fl-aħħar mill-aħħar Abela kellu jbaxxi rasu u ma jmexxix bit-tieni deal ma’ Steward.
Mistoqsi min-Net News għala ried jagħmel deal ieħor ma’ Steward Healthcare… minkejja li kien jaf li kienu diġà serqu l-miljuni mill-poplu Malti u Għawdxi…. Abela qal li din l-aħbar kienet biss ‘spin’. U prova jindika illi mhux veru li kien hemm Segretarju Permanenti illi waqqfu.
Bil-Prim Ministru jispicca jgħid li d-deċiżjoni finali kienet waħda konġunta; filwaqt li bi kliemu stess indika li ttieħdet wara l-pressjoni kbira li saritlu mill-ħaddiema taċ-ċivli.
Intant, Robert Abela prova jieħu l-mertu hu għall-fatt li l-Isptarijiet ngħataw lura lill-poplu Malti… meta dawn ngħataw lura wara pressjoni li saret mill-Partit Nazzjonalista fost l-oħrajn permezz tal-kawża fil-Qorti li fetaħ id-Deputat Adrian Delia.
B’Abela issa spiċċa qed jiddubita jekk kienx hemm serq f’dan id-deal skandaluż…. Dan meta kulħadd jaf li dan id-deal seraq lill-poplu Malti aktar minn 400 miljun ewro fi tmien snin. Biex issa, il-Prim Ministru għadu qed jinħeba wara l-NAO.
Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk il-Gvern Laburista hux se jiddistanzja ruħu mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Robert Abela naqas milli jwieġeb u qal biss li hemm proċess investigattiv għaddej fil-Qorti.
Pressat minn Net News biex jgħidilna għala ma waqqafx dan id-deal ma’ Steward… Abela.. bħas-soltu… ħarab milli jwieġeb.
//= $special ?>