L-inċident li seħħ il-Ħadd li għadda kkawża r-raba’ fatalità f’temp ta’ ġimgħatejn li seħħet fit-toroq ta’ pajjiżna. U kienu bosta dawk li esprimew ir-rabja tagħhom wara dan l-inċident hekk kif iktar ma jmur, iktar qed ikomplu jiżdiedu l-inċidenti fit-toroq Maltin.
Filfatt, il-Ħadd stess, il-kunsillier Laburista Victor Galea esprima d-diżappunt u r-rabja tiegħu għall-fatt li minkejja diversi appelli li saru mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, sabiex fil-parti tas-Central Link lejn ir-Rabat, issir speed camera… din baqghet qatt ma saret.
Pressat min-Net News sabiex jagħtina raġuni mqar waħda għala ma ttieħdet ebda azzjoni min-naħa tal-Gvern f’dan ir-rigward… il-Prim Ministru qalilna biss li hemm inkjesta maġisterjali għaddejja dwar dan l-inċident.
B’Abela jipprova jserraħ ras il-poplu billi qal li l-prijorità tal-Gvern se tkun li jkun hemm siġurtà fit-toroq.
L-istess Prim Ministru, għalkemm ammetta li hemm aktar xi jsir min-naħa tal-Gvern biex tiżdied is-siġurtà fit-toroq…. stqarr li huwa f’idejn is-sewwieqa li jkunu responsabbli għall-mod kif isuqu. B’Abela jeskludi li tinbidel il-liġi, filwaqt li għal darb’oħra spiċċa jattakka lill-ġudikatura li mhux qed timplimenta biżżejjed sentenzi ħorox.
//= $special ?>