Lokali Qorti

Tuneżin ħati fuq traffikar ta’ immigranti jaċċetta li jiġi estradit lejn l-Italja

Tuneżin li nhar is-Sibt li għadda nżamm arrestat hekk kif l-awtoritajiet Taljani qed ifittxu l-estradizzjoni tiegħu biex jiskonta sentenza ta’ ħabs wara li nstab ħati ta’ akkużi relatati ma’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti u traffikar ta’ immigranti lejn l-Italja, aċċetta li jiġi estradit.

Ben Ali Hatem Samara ta’ 51 sena kien tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Caroline Farrugia Frendo bil-każ it-Tlieta wara nofs inhar instema’ quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Il-pulizija Maltija kienet diġa’ ppreżentat evidenza li kien raġel imfittex fl-Italja, u talbet. L-Ispettur Roderick Spiteri ppreżenta dokumenti li kienu jinkludu ritratti u marki tas-swaba’ tal-akkużat li l-awtoritajiet Taljani bagħtu lill-pulizija Maltija.

Fil-qorti Samara deher mill-ewwel li ried imur lura lejn l-Italja bil-Maġistrat Frendo Dimech tgħid lill-Avukat Martin Fenech li kien qed jidher għalih li ma kienx se jingħata l-pleġġ jekk u li iktar jaqbillu jmur minn rajh lejn l-Italja. It-Tuneżin qal li meta wasal Malta applika ghall-azil. Il-Qorti qalet dan hekk kif kienet qed tagħmel punt ta’ liġi dwar il-preżunzjoni ta’ innoċenza.

Jekk immur minn rajja kemm indum biex immur? staqsa Samara, bil-Maġistrat twieġeb 10 ijiem. Samara hawn qal lill-Qorti li kien qed jikkonferma li jrid imur l-Italja. Huwa għalehkk ta l-kunsens tieghu biex jitregga lura l-Italja. Jiddikjara li mhux jirrinunzja ghar-regola ta’ specjalità, jiġifieri li meta jintbagħat lura ma jistax jiġi akkużat b’reati differenti.

Huwa talab li l-qorti biex takkordalu zmien biex jilhaq jattendi ghal kwistjonijiet ta’ natura civili waqt li ghadu hawn Malta fejn fosthom qal li għad baqalu jiġbor xi flus. “Minn issa qed niddikjara li mhux se nqajjem xi kwistjoni għax jien stess qed nitlob li d-deċiżjoni li biha nigi ordnat nitlaq”, qal it-Tuenżin. Il-Qorti qalet li decizjoni finali se tagħtiha fil-5 ta’ Gunju.

Rapport li kien sar mit-Taqsima Forensika kkonferma li l-marki tas-swaba’ tar-raġel meħuda f’Malta kienu jaqblu ma’ dawk mibgħuta mill-Italja. L-akkużat ikkonferma li kien jaf għaliex kien imfittex mill-awtoritajiet Taljani. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri.