Żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Fgura kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq Ħaż Żabbar il-Fgura.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-mutur li kien misjuq miż-żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż Żebbuġ.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Kaġun ta’ dan l-inċident it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin. Dan huwa t-tieni inċident fl-istess triq f’perjodu ta’ 24 siegħa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>