Brighton kisbu l-punt li kellhom bżonn biex jikkonfermaw li se jilagħbu fl-Europa League fl-istaġun li ġej meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra ċ-champions Manchester City.
Kienu Manchester City li marru fil-vantaġġ fil-25 minuta permezz ta’ Phil Foden wara li rċieva mingħand Erling Haaland. Brighton wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs fit-38 minuta b’gowl mill-isbaħ ta’ Julio Enciso.
Manchester City kellhom gowl ta’ Erling Haaland imħassar permezz tal-VAR fit-tieni taqsima bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 1-1.
//= $special ?>