Raġel Bulgaru weġġa gravi f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15am, fi Triq il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco Agility misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 55 sena u karozza Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti. Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.