Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu – Giro d’Italia: Geraint Thomas jikseb lura l-flokk roża ta’ leader

(Ritratt: EPA)

Geraint Thomas kabbar il-possibilita’ li jsir l-ixjaħ rebbieħ talGiro hekk kif kiseb lura l-flokk iroża ta’ leader wara s-16-il stadju tal-Giro.

Din kienet tappa mill-iktar diffiċli fuq id-Dolomiti u tat il-bidu għal ġimgħa verament impenjattiva sakemm il-Giro jiġi fi tmiemu nhar il-Ħadd li ġej.

Ir-rebħa ta’ din is-16-il tappa bi tmiem fuq il-Monte Bondone kienet mirbuħa mill-Portugiż Joao Almeida li spiċċa ftit sekondi qabel Thomas li bis-saħħa tattieni post miksub kiseb lura lflokk roża ta’ leader.

Fit-tielet post fit-tappa tal-bieraħ spiċċa Primoz Roglic b’distakk ta’ 25 sekonda. Fil-klassifika Thomas issa għandu vantaġġ ta’ 18-il sekonda fuq Almeida u 29 sekonda fuq Roglic.