“Is-suċċess inħallieh jitkellem għalija”
Sostna dan il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo – l-istess Ministru li taħt it-tmexxija tiegħu dan il-Ministeru mar overbudget minn flus il-poplu, urta lir-residenti tal-Belt Valletta bl-istorbju filwaqt li fi ħdan entitajiet governattivi li jaqgħu taħtu hemm allegati kunflitti ta’ interess; każijiet li Bartolo jibqa’ jagħżel li ma jweġibx għalihom.
Ftit tal-jiem ilu l-eks Segretarju Ġenerali tal-Labour u eks Chairperson tal-midja Laburista Jason Micallef insista iswed fuq l-abjad li hemm individwi b’nuqqas Ministerjali li qed itappnu l-Gvern. Fejn fi kliem Micallef innifsu … ċertu Ministri Laburisti mhux biss mhux ilaħqu mal-istandards mistennija imma saħansitra qed jiddiżappuntaw bin-nuqqas ta’ riżultati u xogħol … u mentalità deskritta minnu bħala waħda parrokkjali.
Għaldaqstant l-Erbgħa filgħodu staqsejna lill-Ministru Bartolo jekk Micallef kienx qiegħed jirreferi għalih…b’Bartolo jgħid li s-suċċessi jitkelmu għalih.
Dan l-istess Ministru li fl-istess waqt li l-Gvern ta’ Robert Abela kien qiegħed jagħti l-mijiet ta’ miljuni ta’ ewro lil Vitals u Steward, fl-istess waqt li l-għoli tal-ħajja beda jerfa’ rasu u issa l-prezzijiet qed jiżdiedu mingħajr kontroll – dan nefaq aktar minn miljun ewro waqt il-Malta Film Awards ta’ Frar 2022, fejn intefqu €47,000 fi trofej waqt li l-preżentatur tas-serata tħallas xejn inqas minn €200,000.
L-istess Ministru li fost diversi affarijiet oħra għal tlett dinosawri nefaq €66,000 minn but iċ-ċittadin Malti u Għawdxi – €22,000 għal kull Velociraptor, shipping inkluż.
L-istess Clayton Bartolo li taħtu kompla għaddej il-monopolju tad-deckchairs f’Kemmuna – minkejja l-appelli ta’ bosta NGOs.
Iżda skont Bartolo …hu ma jafx għal min kien qiegħed jgħid Micallef, u insista li kulħadd għandu dritt jgħid li jrid.
//= $special ?>