Il-midfielder offensiv ta’ 24 sena, Eberechi Eze jista’ jagħmel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Ingliż fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali, kontra Malta nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju li ġej.
Illum wara nofsinhar, saru magħrufa l-25 plejer li l-kowċ tal-Ingilterra, Gareth Southgate sejjaħ għaż-żewġ partiti li jmissu jilgħab it-tim li jmexxi hu, mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Ewro 2024 kontra Malta u l-Maċedonja ta’ Fuq rispettivament.
Apparti Eze ta’ Crystal Palace, Southgate għajjat ukoll lid-difensur ċentrali ta’ Brighton & Hove Albion, Lewis Dunk. Dan tal-aħħar diġa’ lagħab darba mal-Ingilterra, lura fl-2018, f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Istati Uniti.
Mil-lista ta’ plejers magħżula minn Southgate, tħallew barra Raheem Sterling, Mason Mount u Ben Chilwell ta’ Chelsea kif ukoll Ben White ta’ Arsenal.
L-iskwadra proviżjorja magħżula minn Southgate għal kontra Malta u l-Maċedonja ta’ Fuq hija din:
Gowlkipers: Sam Johnstone (Crystal Palace), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal)
Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Lewis Dunk (Brighton), Marc Guehi (Crystal Palace), Harry Maguire (Manchester United), Tyrone Mings (Aston Villa), Luke Shaw (Manchester United), John Stones (Manchester City), Kieran Trippier (Newcastle), Kyle Walker (Manchester City)
Midfielders: Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Eberechi Eze (Crystal Palace), Conor Gallagher (Chelsea), Jordan Henderson (Liverpool), James Maddison (Leicester), Kalvin Phillips (Manchester City), Declan Rice (West Ham)
Attakkanti: Phil Foden (Manchester City), Jack Grealish (Manchester City), Harry Kane (Tottenham Hotspur), Marcus Rashford (Manchester United), Bukayo Saka (Arsenal), Callum Wilson (Newcastle)
//= $special ?>