Lokali

Ġermaniż jittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn vann fis-Swieqi

Ġermaniż residenti s-Swieqi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn tow truck fi Triq il-Miġbed kantuniera ma’ Triq is-Swieqi.

Il-każ seħħ ftit qabel it-tlieta ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 54 sena ntlaqat mill-vann misjuq minn raġel ta’ 34 sena minn Ħal Safi.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, uffiċjali tal-Pulizija ġew imsejħa fil-post sabiex jikkontrollaw it-traffiku.