Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li l-Bank Ċentrali qed jikkonferma li l-konsumaturi qed ilaħħqu inqas mal-ħajja u qed ibatu.
Claudette Buttigieg qalet li l-ESG llum għandu rwol importanti ħafna fil-mod kif jitkejjel l-operat tal-kummerċ. Hi sostniet li l-għoli tal-ħajja qiegħed hemm u qed jeffettwa lill-konsumtauri. Fit-trasport kien hemm żidiet, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li f’April il-prezz kien 3.1%. L-attitudni tal-konsumatur qed tinibdel u qed imur lejn diversi offerti; hawnhekk jeħtieġ li jkun hemm iktar attenzjoni fi-kuntest tad-drittijiet u l-obbligi.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li r-relazzjoni bejn il-konsumatur u n-negozjant hi importanti u qalet li l-Bank Ċentrali qed jantiċipa li l-inflazzjoni se jkollha impatt fuq id-dħul tal-familja. Jista’ jkun li l-konsum se jonqos, skont il-Bank Ċentrali.
Claudette Buttigieg sostniet li fl-aħħar tax-xahar il-konsumaturi Maltin se jlaħħqu inqas mal-ħajja u hemm min qed ibati; din hi realtà skont il-Bank Ċentrali. Il-konsumaturi jridu joqgħodu ferm iktar attenti waqt li l-gvern irid ikun ta’ eżempju.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li fir-realtà s-servizzi tas-saħħa m’humiex b’xejn u staqsiet x’se jsir bl-€400 miljuni li kienu iffrodati mill-isptarijiet. Il-gvern qed ikun ġust man-nies fin-efqa li qed issir? Hemm bżonn li n-nefqa pubblika tkun ikkunsidrata wkoll fil-kuntest tal-ESG, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat għal iktar kawtela fl-isparpaljar ta-flus u iktar sensittivi għall-bżonnijiet tal-poplu. Il-gvern għandu jgħid meta se jiġu lura l-€400 miljun li kienu iffrodati mill-isptarijiet, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>