Futbol Sport

Inter jirbħu l-Coppa Italia għad-disa’ darba

(Ritratt: EPA)

Inter rebħu l-Coppa Italia għad-disa’ darba fl-istorja tal-klabb meta għelbu lil Fiorentina 2-1. Kienu l-Viola li marru fil-vantaġġ wara biss tliet minuti permezz ta’ Nicolas Gonzalez.

Inter bdew ir-rimonta tagħhom fid-29 minuta meta kien Lautaro Martinez li ġab l-iskor indaqs. L-istess player poġġa lil Inter fil-vantaġġ fis-37 minuta. Fit-tieni taqsima l-iskor baqa’ ma nbidilx u b’hekk il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 2-1.

Il-ħarsa taż-żewġ timijiet ddur fuq il-finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej, meta Fiorentina fis-7 ta’ Ġunju fi Praga jilagħbu fil-finali tal-Conference League kontra West Ham filwaqt li Inter fl-10 ta’ Ġunju jilagħbu f’Istanbul fil-finali taċ-Champions League kontra Manchester City.