Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-investigazzjoni dwar il-kumpanija ‘No Deposit Cars’ jintemmu malajr

Rebekah Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg appellat biex l-investigazzjonijiet dwar il-kumpanija ‘No Deposit Cars’ jintemmu malajr kemm jista’ jkun għaliex hemm numru ta’ persuni li huma milquta.

Fil-parlament, Rebekah Borg qalet li kienet talbet li ssir investigazzjoni fuq il-kumpanija ‘No Deposit Cars’ u spjegat li din l-investigazzjoni tinsab għaddejja. Ħafna nies għandhom problemi u għalhekk għandha ssir ġustizzja billi l-invetsigazzjoni tinqata’ kemm jista’ jkun malajr. Min jabbuża mil-liġi m’għandux isib protezzjoni.

Hi sostniet li l-liġi dwar azzjonijiet Rappreżentattivi tal-Konsumatur titratta l-azzjonijiet kollettivi u biex jitwaqqfu prattiċi abbużi, Diġà hemm entitajiet li jistgħu jagħmlu l-azzjoni.

Hi qalet li ken aħjar li kien ikun aħjar kieku sar xogħol fuq l-Att tal-Azzjonijiet Kollettiv flimkien ma’ dan l-att. Dwar il-konsultazzjoni ġenerali, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi ma kinitx konsultata. Jirriżulta li s-settur tan-negozju kien konsultat iżda l-Assoċjazzoni tal-Konsumaturi ma kinitx.

Rebekah Borg qalet li din il-liġi se tagħmel tibdil fid-drittijiet tal-konsumatur anki f’pajjiżi Ewropej u sostniet li l-entità għandha tkun indipendenti u ma tkunx influwenzata minn kummerċjanti oħra. L-entitajiet li jirrappreżenatw lill-konsumaturi għandhom jingħataw biex jagħmlu l-kawżi neċessarji.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-kummerċjant m’għandux jitwarrab u għandu jinstab bilanċ. Hawn 53,000 kumpanija li jħaddmu inqas minn disa’ persuni li ħafna minnhom huma konsumaturi wkoll. Dawn m’humiex parti minn din il-liġi, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet jrid ikun assigurat li l-ebda kummerċjant ma jieħux vantaġġ minn din il-liġi.

Rebekah Borg appellat għal iktar dettalji dwar kif isiru l-kawżi kollettivi biex ma jkunx hemm abbużi. Hi qalet li din il-liġi hi pass tajjeb aħfna għall-protezzjoni tal-konsumatur kemm f’Malta kif ukoll fl-UE u biex il-proċeduri kollettivi jiżdiedu. L-azzjonijiet kollettivi għandhom jinfirxu wkoll f’dversi setturi fosthom l-ambjent, sosniet id-deputat Nazzjonalista.