Futbol Sport

Jingħalaq parti mill-Mestalla wara l-abbuż razzist fuq Vinicus Jr.

Il-klabb Spanjol ta’ Valencia ġew sanzjonati b’għeluq parzjali tal-Istadium tagħhom għal ħames logħbiet.

Nhar il-Ħadd li għadda, f’partita ta’ La Liga kontra Real Madrid, l-attakkant tat-tim avversarju, Vinicius Junior kien suġġett għal abbuż razzist minn fost il-partitarji preżenti fl-istadium.

L-għeluq se japplika għas-south stand tal-Mestalla Stadium, iż-żona li nislet l-akbar rabja u emozzjonat lill-plejer Brażiljan, u li deher jipponta lejha matul it-tieni taqsima ta’ din il-partita.

Il-Pulizija Spanjola żammet tliet persuni b’rabta ma’ dan l-inċident u Valencia saħansitra ġew immultati wkoll 45,000 ewro.