Lokali

Kunċert minn Christina Aguilera fuq il-Fosos tal-Furjana

Il-kantanta Amerikana ta’ fama internazzjonali u ikona għall-komunità LGBTIQ+ Christina Aguilera se tkun qed twassal kunċert f’pajjiżna għall-EuroPride – avveniment li se jittella’ għall-ewwel darba f’Malta fuq għaxart ijiem, bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru li ġej bit-tema “Equality from the Heart”.

Il-Europride mistennija li tilħaq il-qofol tagħha b’dan il-kunċert li se jsir fis-16 ta’ Settembru li ġej fuq il-Fosos tal-Floriana.

Christina Aguilera hija magħrufa li tuża t-talent tagħha sabiex twassal il-messaġġ għall-kawżi ġusti  …  u f’dan l-avveniment … mistennija tkanta l-aktar kanżunetti li kisbu suċċess fil-karrriera tagħha fosthom Lady Marmalade, Gennie in a Bottle, Beautiful, Hurt u Candyman.

Net News tkellem ma’ Marija Azzopardi, il-President ta’ ARC Malta, illi spjegat kif il-gzejjer Maltin ser jinbidlu f’qawsalla ta’ mħabba tul l-għaxar t’ijiem tal-Europride … u ser ikunu mimlija daqs bajda b’diversi spettakli u avvenimenti li mistennija jattiraw eluf ta’ nies minn madwar l-Ewropa, filwaqt li jwasslu messaġġ ta’ ugwaljanza u diversità.

Dan filwaqt illi l-programm tal-arti u l-kultura ser jinvolvi madwar 300 artist lokali.

Maria Azzopardi spjegat li r-rotta tal-Pride March li se ssir fis-16 ta’ Settembru se tkun itwal mis-soltu, u se tibda minn ħdejn Sant’ Iermu – in-naħa t’isfel tal-Belt u tispiċċa fuq il-fosos tal-Furjana.

Intant aktar dettalji mistennija li joħorġu fix-xahar ta’ Ġunju, fejn ser jitħabbru l-ismijiet kollha li ser ikunu qegħdin jieħdu sehem f’dan l-avveniment.