Lokali Qorti

L-Avukat Ġenerali trid aktar żmien biex tiddeċiedi jekk takkużax lit-tliet żgħażagħ fuq il-każ ta’ El Hiblu

Mill-arkivji

L-Avukat Ġenerali għad irid jiddeċiedi dwar jekk jakkużax jew le tliet irġiel salvati fuq il-baħar fl-2019 mill-vapur tal-containers El Hiblu 1 fuq akkużi li jinkludu reati terroristiċi, ħareġ fil-Qorti l-Erbgħa filgħodu. Jekk jiġu akkużati, l-irġiel ikollhom jiffaċċjaw proċess kriminali quddiem il-qrati superjuri biċ-ċans ta’ sentenza ta’ priġunerija għal għomorhom.

Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda akkuża, il-każ tagħhom jiġi deċiż minn maġistrat. It-tliet ġuvintur, Abdalla, Kader u Amara, li ġejjin mill-Kosta tal-Avorju u mill-Guinea, jinsabu akkużati li ħatfu l-bastiment li kien salvahom, billi allegatament ġegħlu lill-kaptan milli jittrasportahom – u lill-bqija tal- 108 persuna tal-ekwipaġġ lura lejn il-Libja, fejn beżgħu mill-persekuzzjoni u t-tortura.

L-awtoritajiet Maltin akkużaw lit-tliet żgħażagħ li kienu l-mexxejja ta’ dak li fil-bidu kien ġie deskritt bħala inċident ta’ piraterija, u akkużawhom b’serje ta’ reati serji, uħud taħt leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu. It-tliet żgħażagħ qed jiċħdu kwalunkwe aġir ħażin u qed iwieġbu mhux ħatja.

Waqt il-proċess inizjali tagħhom l-ispettur li qed imexxi tal-prosekuzzjoni kien ikkonferma li l-ebda vjolenza fiżika ma kienet saret mill-irġiel fl-inċident, iżda qal li kien hemm “theddida ċara” fuqha. L-ispettur kien xehed li immigrant wieħed li jitkellem bl-Ingliż, li aġixxa bħala kelliem għall-grupp salvat kien qal lill-kaptan li l-immigranti kienu se “jweġġgħu lilhom infushom jew jagħmlu ħsara lill-vapur b’għodda li jkunu sabu.”

Bejn 20 u 25 persuna mbagħad kienu bdew isabbtu għodda fuq il-vapur, huwa qal. Iżda hekk kif il-każ mexa ‘l quddiem matul is-snin, il-qorti semgħet numru kbir ta’ immigranti salvati jikkontradixxu l-verżjoni tal-avvenimenti li inizjalment kienu ngħataw lill-qorti mill-kaptan tal-vapur f’April 2019.

Il-kaptan kien sostna li l-ekwipaġġ kienu ssakkru fil-bridge tal-vapur peress li l-immigranti kienu aġixxew b’mod aggressiv. Traskrizzjonijiet tal-kaptan li kien qed jagħmel pemrezz tar-radju għall-assistenza, fejn kien qal lill-awtoritajiet Maltin li l-bastiment kien “taħt piraterija” u li qal li xi membri tal-ekwipaġġ kienu weġġgħu kienu nqraw fil-qorti.

Il-kaptan kien ukoll l-uniku xhud li semma ġrieħi, madankollu. Il-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, Amnesty International u Sea Watch fosthom, kemm-il darba talbu lill-awtoritajiet Maltin biex iwarrbu l-akkużi, iżda s’issa l-awtoritajiet irreżistu li jagħmlu dan.

Quddiem dak li f’dan l-istadju jista’, f’kuxjenza tajba, jiġi deskritt biss bħala evidenza taż ċerta portata li l-pretensjoni tal-piraterija kienet esaġerazzjoni, l-Avukat Ġenerali bla spjegazzjoni qed ikompli jtella’ u jniżżel fuq jekk għandux jakkuża jew le liż-żgħażagħ.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi quddiem il-maġistrat Nadine Lia, il-qorti osservat li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien ippreżenta nota t-Tlieta, fejn talab aktar ħin biex jiddeċiedi jekk iressaqx l-att ta’ akkuża. Għalhekk il-Qorti bagħtet l-atti tal-każ lura lill-Avukat Ġenerali, bil-każ issa mistenni jkompli f’Ġunju. L-Ispetturi Omar Zammit u Jeffrey Cutajar qed imexxu l-prosekuzzjoni f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija. L-avukati Neil Falzon, Cedric Mifsud u Gianluca Cappitta qed jassistu lill-akkużat.