L-artiklu tal-professur Arnold Cassola fuq Bruno Tucci, ċittadin Taljan li jgħix Malta kien l-aktar intiż fuq is-sitwazzjoni ta’ l-istat Malti u dak li ngħad fuq Tucci kien biss kwotazzjoni ta’ x’ingħad fuqu minn dossier li sar fuqu f’Napli. Dan ħareġ meta kompliet il-kawża ta’ libell għad-danni li Tucci qed jagħmel kontra Cassola meta fil-ġurnal Malta Today tal-ħarġa tat-22 ta’ Lulju tal-2021 kien staqsa jekk qatt il-Pulizija Maltija aġixxiet fuq dak li qalu l-investigturi Taljani dwar is-suspetti li għandhom fuq ċertu Bruno Tucci.
L-artiklu ta’ Cassola jgħid li Tucci hu azzjonist tal-kumpanija Mbt Services, li twaqqfet fl-1996 u Genergia Ltd. Li kienet twaqqfet fl-2010, u li t-tnejn huma bbażati f’Malta. Minkejja li kienu konsistenti fid-difiża tal-klijenti tagħhom l-avukat tad-difiża ta’ Tucci u Cassola, t-tnejn qablu li hawn il-kritika kienet immirati fuq dak li qed jiġri f’Malta.
Bħala prova d-difiża ta’ Cassola ressqet dokumenti dwar Tucci li jistgħu jpoġġuh f’dawl ikrah, għalkemm dawn id-dokumenti qatt ma ġew żvelati fil-qorti. Minn naħa tagħha d-difiża ta’ Tucci qalet li mhux biss dawn id-dokumenti mhumiex ġuramentati u ma hemm l-ebda prova dwar jekk humiex validi, iżda li dan jista’ wkoll ikun każ ta’ ‘mistaken identity’.
Minn naħa tiegħu l-Avukat Philip Manduca li qed jidher għall-professur Cassola qal li jekk id-dokumenti huma każ ta’ “mistaken identity” allura messha saret talba biex dawn jitneħħew mill-provi. L-Avukat Edward Gatt li qed jidher għal Tucci qal li huwa ċar li dak li kiteb Cassola sar biex jizzika lill-Prim Ministru Robert Abela.
Dak li ngħad fuq Tucci li għandu konnessjonijiet kriminali mhuwa minnu xejn għaliex, u kif qal Tucci stess fil-Qorti, hu għandu record kriminali nadif u qatt ma kellu problemi mal-Pulizija, la dik Maltija u lanqas Taljana. Fil-bidu tas-seduta xehed Bruno Tucci fejn irrisponda għad-diversi domandi tal-Avukat Manduca li qal li l-artiklu ma tantx ta kasu u tenna li hu qatt ma kien investigat minkejja l-allegazzjonijiet li saru u li hu għandu kondotta tajba.
Dwar dossier mill-Pulzija ta’ Napli, huwa kompla jisħaq li qatt ma kien kundannat u l-anqas mitkellem. Kien hawn li Tucci intwera dokument mid-difiża li qaltlu biex jara l-ewwel paragrqafu tiegħu, bil-Qorti tistaqsi kemm huwa relevanti għall-kawża. “Mort miljun darba l-Italja – fil-fatt kull xahar nitla’ hemm gġax għandi l-familja u qatt ma kelli problemi, u li l-Pulizija Taljana qatt ma kellmuni” qal Tucci.
L-avukat Edward Gatt qal li biex wieħed ikun ġust din hija storja l-artikolist ma bediex jagħmel ħsara lil Tucci per se. Tenna li dan kien differenti minn kawżi ta’ libell tas-soltu li jkun indirizzati lill-politiċi. “Biex isaħħaħ il-kontenut ta’ l-istorja tiegħu Cassola kkwota stejjer barra minn Malta biex jgħid li Tucci kellu assoċjazzjoni ma’ Ndrangheta (assoċjazzjoni mafjuża) u li l-klijnet tiegħu għandu x’jaqsam magħha, xi ħaġa li hija ta’ ħsara kbira,” saħaq Gatt.
“Dan mhux libell tas-soltu, il-klijent tiegħi hu ċittadin ordinarju, l-iżball li sar minn naħa ta’ Cassola hu li l-istejjer għamilhom tiegħu, mingħajr ma staqsa xejn jew bagħat għal Tucci”, kompla l-Avukat Gatt. Kompla jgħid li bħala prova lanqas biss idea ma għandu Tucci dwar x’hemm esebit fid-dossier ta’ Napli. “Kollox jindika li dan huwa każ ta’ “mistaken identity”, saħaq l-Avukat.
Tenna li l-qorti ma tistax tistriħ fuq dokumenttaazjoni mingħajr ma hemm l-ebda verifiki dwarha. L-Avukat Manduca qal li l-intenzjoni tal-artikolista ma kinitx biex jikkrtiitka lil Tucci imma l-istat Malti, Hemm sentenza waħda biss fl-artiklu tagħmel referenza għal Tucci, u dan fuq is-suspetti tal-Pulizija Taljana u dik li hemm xi ħaġa ma’ Malta. Dik is-sentenza ma tagħmel l-ebda ħsara lil Tucci.
Manduca qal li Tucci jammetti li kellu dawn il-kumpaniji f’Malta, l-provi f’din il-kawża huma kollu juru li Cassola kellu biżżejjed provi biex jagħmel dan il-kumment li kellu suspett żgħir dwar Tucci, kumment li tagħtih il-liġi. L-Avukat ta’ Cassola kkwota l-liġi u minn sentenzi simili li jekk hemm opinjoni bażata fuq fatti li huma ta’ interess pubbliku, dawn mhumiex libelluzi u defamanti.
Finalment Manduca qal li jekk dan huwa każ ta’ “mistaken identity” allura għalfejn infetħet il-kawża. Il-Maġistrat Rachel Montebello ħalliet il-kawża għas-sentenza għat-12 ta’ Ġunju fid-9.15 am.
//= $special ?>