Charles Camenzuli
Immexxija mill-eks plejer tat-tim Nazzjonali Simon Gerada bi kredenzjali għolja u rebħ ta’ midalji għal Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, flimkien mal-plejers lokali Daniel Bajada, Anthea Cutajar, Gabriel Grixti u Viktoria Lucenkova hemm ukoll plejers li issa bi dritt ser jilagħbu għal Malta.
Taħlita ta’ plejers b’esperjenza magħżula mill-Malta Table Tennis Association fejn mill-ġdid it-table tennis jista’ jkun protagonista f’Malta 2023.
Renata Strbikova, imwielda r-Repubblika Ċeka fl-1979; Karriera mill-aqwa fejn wara li fl-2004 ħadet sehem fl-Olimpjadi ta’ Ateni, fl-2015 fl-ewwel edizzjoni tal-European Games f’Baku rebħet il-midalja tal-bronż fil-kategorija tat-timijiet wara l-Ġermanja u l-Olanda.
Felix Wetzel, imwieled l-Awstrija fl-2002; Wieħed mill-aktar plejers li qed jiddominaw fl-Ewropa. Wara li f’Ottubru 2022 kien numru 851 fid-dinja, skont l-ITTF f’Marzu tela’ 735 u bħalissa jinsab numru 371. Wetzel jilgħab fi Franza ma’ Hennebont TTC .
Dmitry Prokopcov, imwieled l-Ukraja fl-1980; Mill-2008 lagħab għar-Repubblika Ċeka fejn fl-2010 rebaħ il-midalja tal-bronż fil-Kampjonati tal-Ewropa f’Ostrava. L-aħjar ranking tiegħu kien numru 96 fl-ITTF u 46 fl-ETTU
Camelia Jacob, imwielda r-Rumanija fl-1992; Għal bosta snin waħda mill-plejers ewlenin fis-selezzjoni ta’ pajjiżha.
//= $special ?>