Lokali Qorti

Mara mixlija li attakkat uffiċjali u pussess ta’ droga wara inċident ta’ sewqan bl-addoċċ

Mara ta’ 20 sena minn Bormla ġiet akkużata li attakkat uffiċjali li waqqfu l-karozza li kienet qed issuq wara li ġie nnotat li kienet qed issuq b’mod perikoluż. Zoya Attard tressqet quddiem il-maġistrat Nadine Lia, akkużata li insulentat u heddedt uffiċjal tal-pulizija u uffiċjal tal-infurzar ta’ Transport Malta, li rreżistiet b’mod vjolenti uffiċjal tal-pulizija, li saqet b’mod perikoluż u imprudenti u li saqet mingħajr liċenzja.

Hija ġiet mixlija wkoll bil-pussess ta’ ecstasy wara li sussegwentement instabu tmien pilloli li kienu maħsuba li fihom id-droga illegali fir-residenza tagħha. L-Ispettur Paul Camilleri qal lill-Qorti kif it-Tlieta filgħodu, l-uffiċjali kienu nnutaw Toyota Corolla misjuqa b’mod perikoluż fil-Ħamrun.

Is-sewwieqa, Attard, kienet injora l-ordnijiet tagħhom biex jieqfu. Laħquha meta eventwalment Attard kellha titwaqqaf bil-karozza aktar ‘l isfel fit-triq. Il-Qorti semgħet li meta rrifjutat li toħroġ mill-karozza, l-uffiċjal tal-pulizija kien ipprova jaqla’ ċ-ċwievet tal-karozza mill-ignition biex ma jħallihiex issuq.

Hija kompliet tirreżisti l-arrest, u ħalliet lill-uffiċjali bi grif permezz ta’ dufrejha. Tfittxija fil-karozza ma sabet xejn illegali u ta’ interess, iżda tfittxija sussegwenti fir-residenza tagħha skopriet tmien pilloli ecstasy. Minkejja li kien hemm ix-xamma li dak il-ħin l-imputata kien “probabbilment” taħt l-influwenza tad-droga jew xorb, ma tressqu l-ebda akkużi f’dan is-sensl.

Attard wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha. L-avukat tagħha, David Gatt li flimkien mal-Avukat John Bonello deheru għaż-żagħżugħa, għamel talba għal libertà proviżorja, li ġiet milqugħa kontra depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €2,000. Attard kien ordnat ukoll tiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa u tosserva curfew bejn l-10pm u l-5am.