Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera irrevokat multa ta’ €2,000 fil-konfront ta’ nassab minħabba li l-prosekuzzjoni ma kinitx ċara fejn seħħ l-allegat reat ta’ insib f’lok mhux permessibbli fl-20 ta’ Diċembru 2021 għall-ħabta tal-10.40pm.
L-akkuża fil-konfront ta’ Mark Cutajar ta’ 30 sena, li tagħha nstab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati li waqt li kien ġewwa Delimara fil-limiti ta’ Marsaxlokk kien qed jonsob waqt ħin ta’ staġun fejn l-insib mhux permess, cioe’ li ma jista’ jsir l-ebda insib minn sagħtejn wara nżul ix-xemx sas-sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx tal-ġurnata ta’ wara u dan bi ksur tar-regolamenti.
Il-Qorti tal-Appell qalet illi dan mhux każ bħal tas-soltu fejn hemm l-verżjoni tal-prosekuzzjoni li tikkontrasta ma dik tal-akkuzat. F’dan il-każ il-Qorti kienet rinfaccata b’fatti kunflinġenti li jirriżultaw minn rapport imħejji minn kuntistabbli bl-affidavit tiegħu.
F’dan ir-rigward iċ-ċitazzjoni u r-rapport qed jgħidu li r-reat seħħ Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk, meta l-kuntistabbli fl-affidavit tiegħu qed jgħid Delimara limiti ta’ Birżebbuġia u Cutajar bil-gurament tiegħu qal li kien qed jonsob Marsaskala. Il-Qorti qalet li għandha d-diskrezzjoni li temmen xhud minn ieħor iżda għandha d-dubbji tagħha fejn vera sar l-allegat reat u li huwa probabbli li dan ir-reat sar Marsaskala u mhux Delimara.
L-Imħallef Scerri Herrera qalet li l-prosekuzzjoni ma ġabitx l-aqwa prova u kwalunkwe dubbju fil-kamp penali għandu
jmur favur l-akkużat. Il-Qorti qalet li qalet li Cutajar argumenta fir-rikors tal-appell tiegħu illi din il-Qorti ma
tistax issib ħtija dwar kummissjoni ta’ xi reat li jkun seħħ f’xi post ieħor u mhux dak indikat fl-akkuża.
Il-Qorti qalet li qatt ma tista’ issib ħtija dwar il=kummissjoni ta’ xi reat li jkun seħħ mhux biss fi żmien ieħor, iżda wkoll
f’xi post ieħor mhux dak indikat fl-akkuża, ċirkostanza li hija tant materjali u sostanzjali fil-każ imressaq ‘il quddiem mill-Prosekuzzjoni.
L-Imħallef Scerri Herrera qalet li Mark Cutajar qatt ma jista’ jiġi misjub ħati ta’ reat li twettaq f’post jew f’lok fejn huwa ma kienx jinstab fil-ħin indikat fl-akkuża għaliex jidher illi f’dak il-ħin huwa kien jinstab f’post ieħor. Għaldaqstat Cutajar ma nstabx ħati li għamel użu ta’ tisfir irrekordjat minn qabel tal-għasafar li dan h waqt spezzjoni li saret lilu, tali apparat instab waqt hiinijiet li fihom mhux permess insi
Ma nsabx lanqas ħate li fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi, naqas milli josserva strettament kull restrizzjoni legali jew obbligu, inkluzi dawk tal-post, dati, ġranet, ħinijiet. Il-Qorti bagħtet komunika ta’ din is-sentenza lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex tali proċeduri isiru b’aktar attenzjoni w jigu wkoll mressqa l-provi ollha skond il-liġi.
//= $special ?>