Lokali Qorti

Protest minn 11-il gradwat tal-liġi li baqgħu ma ngħatawx il-warrant

Ħdax-il gradwat tal-kors tal-liġi ppreħentaw protest ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fir-rigward tad-dewmien bla bżonn fl-għoti tal-warrant li jippermettilhom jipprattikaw bħala avukati. Il-protest sar kontra l-Ministru tal-Ġustizzja, l-Università ta’ Malta u l-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Sarah Vassallo Ciliberti, Rosanna Ciliberti, Raphael Sammut Demarco, Conrad Borg Manchè, Jurgen Vella, Pearl Agius, Yasmin Joy Attard, Sean Cutajar, Maria Miriam Bezzina, Daniel Vancell u Marcus Stefan Ciantar qalu li huma segwew il-kors ta’ studju intitolat “Masters in Advocacy” fl-Università ta’ Malta, liema kors temmew b’suċċess, f’Settembru tas-sena l-oħra.

Qalu li b’eċċezzjoni biss għar-restrizzjonijiet imposti bil-liġi kawża tal-pandemija Covid 19, l-Università ta’ Malta bħala prassi dejjem żammet iċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni u l-għoti taċ-ċertifikati ta’ dawk l-isudenti li jkunu temmew kors ta’ studju f’sena akkademika partikolari matul ix-xahar ta’ Novembru ta’ l-istess sena li fiha jkunu temmew l-istudji tagħhom.

Huma qalu wkoll li skont il-prassi stabbilità, l-eżamijiet tal-warrant tal-avukati jinżammu fix-xhur ta’ Diċembru u Jannar u dan naturalment sabiex għall-istess eżamijiet joqgħodu dawk il-persuni li jkunu intitolati li joqgħodu għalih wara li jkunu ngħataw, fiċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni solitament miżmuma fix-xahar ta’ Novembru, iċ-ċertifikati meħtieġa sabiex ikunu f’qagħda li joqgħodu għall-istess eżami.

Il-protest jgħid li kif stgabbilit fl-Artikolu 79 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, individwu kwalifikat bi grad akkademiku fil-liġi għandu wkoll jgħaddi mill-proċeduri hekk kif stipolati fl-artikoli segwenti u dan sabiex ikun mogħti l-warrant li bis-saħħa tiegħu jippermetti lil dak li jkun jipprattika l-professjoni ta’ avukat jew jagħti s-servizzi tiegħu leagli., m

Ingħad ukoll li fit-18 ta’ Ottubru li għadda ġie pubblikat għalhekk avviż fil-Gazzetta tal-Gvern u li permezz tiegħu ġie mxandar illi l-eżamijiet tal-warrant kienu se jinżammu fit-28 ta’ Jannar ta’ din is-sena u fid-29 ta’ Lulju li ġej. Mingħajr raġuni tajba – ikompli jgħid il-protest, l-Università ta’ Malta għażlet li tipposponi, bi preuġudizzju għall kull wieħed u waħda minn dawk li ressqu l-protest, ċ-ċelebrazzjonijiet tal-gwadwazzjoni u l-għoti taċ-ċertifikati għal jum tal-14 ta’ Marzu 2023.

Dan id-dewmien bla bżonn fiċ-ċelebrazzjoni tal-gradwazzjoni kkawża posponiment u dewmien ulterjuri tal-eżamijiet tal-warrant. Għalhekk minkejja li l-11 il-gradwati li qed iħossuhom diskriminati qagħad għall-eżami tal-warrant fit-28 ta’ Jannar li għadda, huma ġew infurmati mill-Uffiċċju tal-Prim Imħallef li d-datin skedati ma kienux sed jidħlu fis-seħħ u li kienu se jiġu komunikati lilhom dati dati aleternattivi, wara l-14 ta’ Marzu.

Qalu wkoll li minkejja li ġew infurmati mill-Prim Imħallef li kienu għaddew mill-ewwel u t-tieni parti tal-eżami tal-warrant, huma ma ngħataw l-ebda ħjiel dwar dak li huwa meħtieġ sabiex juru lu kull wieħed u waħda minnhom hija persuna tajba u xierqa skont il-liġi.

Minkejja wkoll li huma ttantaw li jingħataw gwida, jew ta’ l-anqas ħjiel, dwar il-futur professjonali tagħhom, mhuma jingħataw l-ebda nformazzjon utli sabiex jagħrfu jimxu, u dan peress li huma pprjobiti mill-jeżerċitaw il-professjoni tagħhom mingħajr l-awtorità tal-President ta’ Malta peremzz ta’ warrant taħt is-Siġill Pubbliku ta’ Malta.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-gradwati fil-liġi qalu li qed iżommu responsabbli għad-danni lil dawk kollha responsabbli bl-ispejjeż b’kollox. Il-protest kien iffirmat mill-Avukat Marco A Ciliberti u l-Prokuratur Legali Gerald Bonello.