Futbol Sport

Bukayo Saka jġedded ma’ Arsenal

(Ritratt: Epa)

Bukayo Saka ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal sas-sena 2027.

Saka, li għad għandu 21 sena, beda l-karriera bħala tifel ma’ Arsenal u issa se jġedded din l-esperjenza b’erba’ snin.

Saka, li skorja 14-il gowl f’dan l-istaġun qal li din hi l-aħjar għażla għalih u issa mistenni li jiddebutta fiċ-Champions League mal-Gunners fl-istaġun li ġej.