Internazzjonali

Tmut il-kantanta veterana Tina Turner

Il-kantanta Amerikana Tina Turner li kienet magħrufa għal varjetà ta’ suċċessi fosthom Nutbush City Limits, River Deep Mountain High, The Best u What’s Love Got To Do With It, mietet fl-età ta’ 83 sena.

Turner tibqa’ fost l-aktar ismijiet kbar fid-dinja tal-mużika wara li influwenzat diversi ġenerazzjonijiet ta’ kantanti minbarra li kienet fost l-aktar kantanti suwed li qatt rebħu unuri għat-talenti tagħhom.

Il-kantanta kellha karriera ta’ aktar minn 50 sena u wara li hi saret magħrufa għall-ewwel darba bħala parti mid-duo Ike (eks żewġha) and Tina Turner fil-bidu tas-sittinijiet

Tina Turner fl-aħħar snin kienet qed tbati minn diversi problemi tas-saħħa li kienu jinkludu tip ta’ kanċer u mard tal-kliewi.