Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara inċident bejn karozza u mutur f’Ħal Għaxaq

Anzjan ta’ 79 sena residenti Ħal Għaxaq qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tas-1:00 f’Dawret Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-anzjan u karozza misjuqa minn mara ta’ 41 sena t-tnejn li huma residenti Ħal Għaxaq stess.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.