Sport Sport Ieħor

Golf: Andy Borg jirbaħ ir-Royal Malta Golf Club Championship

Noah Gratil jirbaħ is-Centenary Plate

Suċċess ieħor għal Andy Borg wara li rebaħ il-Johnny Walker Scratch Challenge Cup tal-golf fejn kompla wara s- suċċess li kellu fir-Royal Malta Golf Club Championship.

Il-golfer żagħżugħ Noah Gratil ukoll kellu wirja tajba tant li rebaħ il-kompetizzjoni l-oħra li saret, dik tas-Centenary Plate li tintlagħab bil-handicap. Andy Borg kien sfidat minn Ruud Critien u Noah Gratil bir-riżultat finali jibqa’ inċert sal-aħħar.

L-ewwel jumejn ta’ dan il-kampjonat li jintlagħab bl-off scratch xejn ma kienu favorevoli għad-90 golfer li ħadu sehem minħabba temp instabbli bix-xita u r-riħ li ddominaw. Madankollu, spikka l-golfer żagħżugħ Noah Gratil li għalkemm beda b’handicap ta’ tnejn, ta’ sfida lill-golfers oħrajn ferm aktar ta esperjenza minnu sabiex eventwalment rebaħ is-Centenary Plate.

Fi tmiem it-turnament, il-kaptan Benjamin Mangion ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa u lil dawk li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.