Lokali

Grazzi lill-ħaddiema tad-Dwana tal-impenn tagħhom

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia, jirringrazzja lill-ħaddiema kollha tad-Dwana għax-xogħol impekkabbli tagħhom. Fi stqarrija inqtal li d-Dwana ta’ Malta identifikat diversi container units għal x-ray scanning li wrew xi inkonsistenzi.

Il-kontejners kienu mgħobbija bil-banana fi triqthom mill-Ekwador għal Koper, fis-Slovenja. Bl-għajnuna tal-Uffiċjali tal-Pulizija mill-Iskwadra tad-Droga, l-Uffiċjali tad-Dwana ħattew il-merkanzija u rkupraw madwar 270 pakkett, ta’ madwar 1kg kull wieħed, droga kokaina.

Il-Partit Nazzjonalista hu impenjat li jkompli jinvesti fid-Dwana, partikolarment kemm fil-ħaddiema tant iddedikati u anke f’aktar tagħmir sofistikat.